Ġuvni jħossu qed jegħreq bejn ħalltejn – maqbud bejn l-inkompetenza naturali tiegħu u l-bżonn li jaħrab mill-għafsa tal-ambjent deżolat u vojt li jinsab fih. Iben baħri, il-ġuvni jgħix biss id-dell tal-ħajja ta’ missieru billi jaqdef minn naħa għall-oħra ta’ port antik f’dgħajsa qadima u mmermra.
Dan il-film jittratta l-mument li fih tfur il-frustrazzjoni li l-ġuvni jħoss minħabba l-ħajja li qed jgħix, u minħabba li jrid jissaporti l-unjoni bejn ommu, mara dominanti, u zijuh, persuna ta’ karattru dubjuż għall-aħħar.
Imnebbaħ mill-Hamlet ta’ Shakespeare, dan huwa film b’qalb imsewsa minn tmermir umduż. |
|
Maħluq minn Lighthouse & Ashley, Daqqet ix-Xita / Plangent Rain huwa l-ewwel film li ġie prodott permezz ta’ kofinanzjament mill-Malta Film Fund.
L-istorja tal-film isseħħ fil-Port il-Kbir u fl-aktar triq dejqa tal-Belt Valletta, u toffri ħarsa qasira lejn ġrajja li setgħet seħħet f’waħda mill-kerrejjiet ta’ Strada Stretta. |