DAQQET IX-XITA |
||||||||||||||||||||||||||||
Daqqet ix-Xita: Film qasir minn Malta. | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||
Atturi |
||||||||||||||||||||||||||||
Sean DecelisIl-Ġuvni Għalkemm għadu fil-bidu ta’ mixjietu, Sean jidħol għar-reċtar b’ruħu w ġismu. Wara li pparteċipa kemm f’Teatru Unplugged kif ukoll f’Etnika, fl-2010 ingħata rwol ewlieni fl-ispettaklu 100, li ttella’ minn Rubberbodies. Minkejja li ħadem f’Agora, Troy u Game of Thrones, Sean għandu għal qalbu l-films surrealisti ta’ Federico Fellini u Alejandro Jodorowsky. Mimli passjoni għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-arti, Sean qed ifittex avventuri ġodda f’dan il-qasam. |
Polly MarchIl-Mara Polly tħarrġet f’Guildhall, u dehret fil-biċċa l-kbira tat-teatri reġjonali fl-Ingilterra – f’rwoli li jvarjaw minn dak ta’ Hermia f’A Midsummer Night’s Dream, għal dawk kemm tar-Reġina Victoria u wkoll ta’ pappagall f’To Sea in a Sieve, spettaklu teatrali mużikali dwar Edward Lear. Is-solo show tagħha Beauty and the Bounders,dwar Lilian Baylis tat-teatru The Old Vic, rebaħ premju fringe first fl-Edinburgh Festival; l-ispettaklu teatrali ġie kkummissjonat bħala l-Play of the Week għal BBC 4, u Polly ġiet innominata bħala Artista Residenti fl-Università ta’ New York, fejn għallmet dwar it-Teatru Ingliż tal-bidu tas-seklu għoxrin u rreċtat wkoll fi drammi li nkitbu f’dawk iż-żminijiet. Żewġ solo shows oħra tagħha wkoll rebħu premjijiet u ġew imxandra – dawn ittellgħu ukoll hawn Malta fit-teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu. Solo show ieħor, My Brilliant Divorce, li oriġinarjament inkiteb għal Dawn French, itella’ fit-teatru tal-Kavallier ta' San Ġakbu taħt id-direzzjoni ta’ Nanette Brimmer. Minn mindu ġiet Malta, Polly dderiġiet diversi spettakli teatrali: Laughing Wild u The Secret Lives of Henry and Alice għal TnT, The Alchemist għal Unifaun, u Two Gentlemen of Verona għal MADC. Hija ħadet sehem ukoll f’bosta spettakli teatrali – High School Musical, Allo Allo, The Sex Comedies, u Are You Being Served, li dderiġiet hi stess. Dan l-aħħar dehret f’Talking Heads, u ddireġiet Immaculate għal Theatre Anon. |
Philip MizziIr-Raġel Philip ilu jaħdem fit-teatru u fit-televiżjoni għal dawn l-aħħar 33 sena, u involva ruħu f'firxa ta' produzzjonijiet ta' xogħlijiet li jvarjaw minn dawk ta’ Shakespeare sa dawk ta’ Stendhal, u minn dawk ta’ Peppino De Filippo sa dawk ta’ Neil Simon. Fl-1982 żar il-fringe theatres ta’ Londra flimkien ma’ grupp teatrali, u fl-1990 ħa sehem f’żewġ spettakli teatrali li ttellgħu f’Moska bħala parti mill-Malta-Russian Week. Philip jemmen bis-sħiħ fil-mezz ċinematografiku u dan jidher mill-parteċipazzjoni tiegħu f’erba’ films qosra: Frida, The Isle – li ntwera f’aktar minn erbgħin festival madwar id-dinja, In the End, li rebaħ ukoll premju, u issa f’Daqqet ix-Xita. |
Ilaria FalzonIt-Tfajla Ilaria ħadet it-Trinity pass tagħha mid-Drama Centre tal-Blata l-Bajda, u waqt l-istudji tagħha ntgħażlet biex tieħu sehem f’La Locandiera ta’ Goldoni li ttellgħet fil-Ġermanja. L-immudellar ukoll taha sodisfazzjon kbir wara li waslet fil-finali tal-kompetizzjoni Fitness Virtual Model u ġiet nominata bħala kandidata għall-Pantene Hair of the Year Award. Ilaria ntgħażlet minn Pantene biex tieħu sehem f’kampanja pubbliċitarja lokali, u l-produtturi ta’ Venere għażluha bħala waħda mill-mudelli tagħhom. Wara li nkitbet ma’ models.com.mt, Ilaria ngħatat rwoli prinċipali f’kampanji ta’ kalibru għoli, inkluż fir-riklam televiżiv għall-inbid La Torre ta’ Marsovin u l-kalendarju 2010 ta’ Fino. Dan wassalha biex tingħata r-rwol ta’ preżentatriċi għal avvenimenti organizzati minn Opel, Diamonds International, Ice Watch u Marlboro, u biex tieħu sehem f’diversi photoshoots ma’ Pierre Camille. Fl-2010, Ilaria rebħet it-titlu Face of Revlon Malta, li fetħilha l-bibien għal opportunitajiet ġodda kemm fid-drama kif ukoll fl-immudellar. Daqqet ix-Xita huwa l-ewwel film li qed taħdem fih Ilaria. |
Manuel CauchiIl-Passiġġier Fil-karriera teatrali tiegħu li taqbeż it-tletin sena, Manuel ħadem firxa varjata ta’ rwoli prinċipali fi spettakli bbażati kemm fuq xogħlijiet klassiċi kif ukoll fuq oħrajn moderni. Rwoli teatrali prestiġjużi jinkludu, fost oħrajn, dak ta’ Sade fil-Marat/Sade, ta’ Michael f’Someone Who’ll Watch over Me, ta’ Tupolski f’The Pillowman, ir-rwol prinċipali f’Paul, dak ta’ Martin f’The Goat, ta’ Ferdinand Clegg f’The Collector, ta’ Anton Schill f’The Visit, ta’ Philip Gellburg f’Broken Glass, ta’ Arthur Kipps f’The Woman in Black, ta' Marc f’ART,ta’ Trigorin f’The Seagull, ir-rwol prinċipali kemm f’Macbeth kif ukoll f’King Lear, ta’ Ray f’Blackbird, ta’ Billy f’Five Kinds of Silence, tal-Kardinal Laboa f’The Devil’s Advocate u ta’ Eddie Carbone f’A View From The Bridge. Rwoli oħra li Manuel kellu fi produzzjonijiet televiżivi u f’films oħra jinkludu dawk ta’ Theophilus f’Agora, tas-sajjied minn Sparta fi Troy ta’ Warner Bros, ta’ Sextus f’The Roman Mysteries tal-BBC, ta’ Fr Anthony f’What We Did On Our Holiday ta’ Granada TV, ta’ Joe Bonduono f’Familie ta’ VTM u dak ta’ Cinna f’Julius Caesar tal-Grupp De Angelis. |
Il-Ġuvni Il-Baħri Il-Mistednin tat-Tieġ |
Sean Decelis Chris Micallef Diana Bailey |