Lighthouse & Ashley tgħaqqad fi ħdana għadd ta' professjonisti li l-għan tagħhom hu li joħolqu strateġiji tal-komunikazzjoni.
Is-saħħa ta' dawn l-istrateġiji toħroġ mill-għarfien li Lighthouse & Ashley għandha tas-suq, u mill-istudju kontinwu, u xjentifiku, ta' kif jinbidlu l-ħsibijiet u l-għażliet li jagħmlu n-nies.
Il-kreattività, it-talent u l-professjonalità tat-tim ta' Lighthouse & Ashley, flimkien mal-investiment kontinwu fit-taħriġ u fl-infrastruttura, ifissru li m'għandekx għalfejn tħares band'oħra biex toħloq kampanja ta' komunikazzjoni msejsa fuq mezzi awdjovisivi, tal-istampa, u anke diġitali. |
|
L-innovazzjoni li dejjem fittxet Lighthouse & Ashley ifissru li fost l-agenziji ta’ komunikazzjoni Maltin tgawdi waħda mill-aħjar reputazzjonijiet internazzjonalment.
Is-sħubija f’in’, l-ikbar għaqda ta’ aġenziji independenti, bi preżenza kważi f’kull pajjiż tad-dinja; ir-rabta ma’ Ashley Worldgroup, b’uffiċini li jwasslu minn Malta sal-Lvant Nofsani; ir-rebħ ta’ erba’ trofej mill-Association of Marketing Professionals fl-Amerika; il-wiri ta’ Daqqet ix-Xita f’għadd ta’ festivals madwar id-dinja. Dan kollu juri li tkabbir li qed tgawdi Lighthouse & Ashley kull ma jmur se jkompli jħaffef il-pass. Jekk taf x’issarraf strateġija tajba, taf lil min għandek tkellem.
|